Aktar applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja

Fit-2, fit-3 u fid-9 ta’ Frar se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għall-ewwel sena tal-kindergarten, għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016.
It-total ta’ postijiet għall-ewwel sena tal-kindergarten huwa ta’ 91 post għall-bniet u 64 għas-subien. Minnhom fadal 30 post vakanti għall-bniet u 24 post għas-subien.
Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta thechurchinmalta.org
Fl-istess dati se jintlaqgħu wkoll applikazzjonijiet għall-Ewwel Sena tal-Primarja. Fl-iskejjel tas-subien għad fadal 244 post vakanti, filwaqt li f'dawk għall-bniet għad fadal 144 post.
Ritratt: www.churchinmalta.org