Akrobata ta’ 12-il sena tmut waqt il-ġbid ta’ dokumentarju

Akrobata Franċiża ta’ 12-il sena tilfet ħajjitha b’mod traġiku waqt il-ġbid ta’ dokumentarju.
It-tifla, li mietet quddiem għajnejn missierha, tifforma parti mill-kumpanija ta’ akrobati mqabbda apposta biex jieħdu sehem fil-programm popolari Franċiż dwar il-monumenti storiċi, li jixxandar fuq il-kanal France 2.
Dan il-programm partikolari kellu jixxandar fil-jiem li ġejjin, fl-okkażjoni tal-jum Ewropew għall-wirt storiku.