Akkwista timbru tal-Arċipriet

Issa wieħed jista jikseb timbru speċjali tal-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Publju, Dun Charles Cini
Għall-okkażjoni tal-ħatra tal-Arċipriet ġdid fil-Parroċċa ta’ San Publju fil-Furjana, il-MaltaPost użat timbru speċjali l-Erbgħa li għaddew.
Jekk wiehed jixtieq ikollu dan it-timbru speċjali jista’ jordnah mill-Bureau Filateliku, MaltaPost, 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew onlajn fuq www.maltaphilately.com
Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 2596 1740, jew jibgħat imejl lil info@maltaphilately.com.