Akkwist ieħor għal Manchester United

Wara li r-Red Devils serħu rashom mill-akkwist tal-midfielder Brażiljan Fred mingħand Shakhtar Donetsk, huma żiedu wkoll lid-difensur laterali Diogo Dalot mal-iskwadra tagħhom.
Il-plejer ta’ 19-il sena sewa £17.4 miljun u diġà wettaq it-testijiet mediċi mal-klabb Ingliż.
Dalot huwa prodott tal-akkademja ta’ Porto u għamel id-debutt tiegħu fit-tim li għadu kemm rebaħ il-kampjonat Portugiż.
Minkejja l-età żgħira tiegħu u n-nuqqas ta’ esperjenza, hu mistenni jikkompeti għal post fit-tim ta’ Manchester United mal-veterani Ashley Young u Antonio Valencia li ser ikunu għalqu 33 sena sal-bidu tal-istaġun 2018-19.