Akkwist ġdid għal Żejtun Corinthians

Żejtun Corinthians għadhom kif iffirmaw magħhom lill-midfielder offensiv Kemar Reid ta’ 25 sena li jista’ jilgħab ukoll bħala attakkant u winger. Hu ilu jilgħab Malta għal erba’ snin. Kien inġieb Malta minn Mosta u wara lagħab ukoll fil-kampjonat għal żewġ staġuni ma’ St. Andrews fejn irnexxielu jiskurja seba’ gowls.

Fil-paġna tagħhom fuq Facebook, Corinthians FC ikkummentaw li bla dubju, Reid se jkun jiswa ferm għat-tim immexxi mill-kowċ Orosco Anonam.