Akkwist ġdid għal Floriana FC

Ritratt: Facebook/FlorianaFC

Floriana FC ħabbru li laħqu ftehim mal-attakkant ta’ 26 sena Siraj Eddin Arab biex jingħaqad mat-tim tagħhom.

Eddin diġà lagħab ma’ Vittoriosa Stars F.C, Pembroke Athleta F.C, Hamrun Spartans F.C, Balzan F.C u Tarxien Rainbows F.C.

F’Jannar li għadda hu kien ingħaqad ma’ Senglea Athlethic F.C.