Akkużati li weġġgħu pulizija waqt ġlieda f’Paceville

Żewġ persuni tressqu l-Qorti akkużati b’involviment fi ġlieda u li fiha weġġgħu uffiċċjal tal-Pulizija. Il-każ imur lura għas-17 t’Awwissu f’Paceville.
Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza, il-Maġistrat Aaron Bugeja sema’ kif il-ġlieda bejn l-akkużat u l-bouncers fil-klabb f’Paceville bdiet qabel ma ssejjħu l-pulizija.
Daniele Festari u Redeemer Bonnici allegatament weġġgħu u heddu surġent tal-pulizija, Stefan Mercieca.
Hu mifhum li l-ġlieda bdiet fis-2:15am. Il-pulizija, eventwalment arrestat erba’ persuni.
L-avukat Roberto Montalto argumenta li l-pulizija qatt ma kienu fil-mira ta’ dan l-attakk.