​Akkużati li użaw skieken kbar biex jheddu raġel

Żewġt irġiel ġew akkużati fil-Qorti llum li heddew raġel b’skieken kbar.
Skont il-Pulizija Ben Arus Karam ta’ 32 sena mill-Libja residenti s-Swatar, flimkien ma' Libjan ieħor ta' 27 sena residenti s-Swatar ukoll ġew akkużati li heddew lil raġel mingħajr raġuni.
Fil-Qorti nstema’ kif is-skieken kienu ta’ 12-il ċentimetru u ta’ 20 ċentimetru l-wieħed u li ġew użati fil-pubbliku mingħajr permess mill-Pulizija.
Ben Arus Karam ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ xahar priġunerija.
Il-Libjan l-ieħor ġie akkużat ukoll li attakka raġel ieħor b’arma f’każ separat. Huwa wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
L-inċidenti msemmija seħħew bil-lejl is-Sibt li għadda.