​Akkużati li serqu Mercedes, ħadulha l-parts u ħarquha

Missier u iben inżammu arrestati wara li ġew akkużati li serqu karozza Mercedes għall-ispare parts tagħha, u li wara tawha n-nar.
Ir-raġel huwa Alfred Tonna ta’ 49 sena mill-Furjana, filwaqt li ibnu għandu 16-il sena. It-tnejn kienu qed jidhru quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.
Huma ġew akkużati b’serq aggravat u li b’mod volontarju taw in-nar lill-karozza li serqu. It-tnejn li huma kellhom preċedenti fil-qorti.
Il-Qorti semgħet kif il-Mercedes insterqet mill-Gudja u din ġiet żarmata qabel ma ngħatat in-nar.
Il-missier u l-iben qalu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-prosekuzzjoni qalet li hemm diversi xhieda li kienu fuq il-post fil-ħin tal-inċident u li għad iridu jixhdu.
Il-Maġistrat irrifjuta li jingħataw il-libertà proviżorja.
Ritratt: Arkivji