Akkużati li biegħu armi lill-organizzazzjonijiet Libjani

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti akkużti li llegalment biegħu armi u amunizzjon lill-organizzazzjonjiet Libjani meta kienu jafu li dawn setgħu ntużaw biex iweġġgħu persuni ċivili.

Michael Azzopardi ta’ 53 mir-Rabat, Malta u Feraj Ali Yaacob ta’ 31 sena minn Tripli, ġew arrestati wara li l-pulizija sabet 40,000 ammunizzjon fil-karozza tal-Libjan, f’Ħ’Attard nhar is-Sibt li għadda.

Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi li ffinanzjaw organizzazzjonijiet bl-intenzjoni li jagħmlu l-ħsara u atti kriminali. Huma ġew akkużati ukoll li ħażnu ammunizzjon u armi mingħajr liċenzja.