Serq sforz id-droga; jinżammu taħt arrest

Żewġ persuni tressqu l-Qorti llum fuq akkużi ta’ serq sforz l-vizzju tagħhom tad-droga. Hekk qalet il-prosekuzzjoni, li rrikommandat li jekk l-akkużati jinstabu ħatja, għandhom jingħataw tramment għall-vizzju tagħhom.

Wieħed mill-akkużati huwa raġel minn Santa Luċija. L-akkużata l-oħra hija mara, wkoll minn Santa Luċija. It-tnejn ma jaħdmux.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda il-prosekuzzjoni pprotestat u qalet li għad fadal min jixhed. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u ordnat li l-akkużati jieħdu trattament għad-droga.

12.00 Is-sessjoni fil-Qorti tintemm.

11.58 Il-Qorti tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u tordna li l-akkużati jieħdu trattament għad-droga.

11.56 Id-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest għat-tnejn. Il-prosekuzzjoni tipprotesta li għadu ma xehedx kulħadd.

11.55 Il-prosekuzzjoni tirrikomanda lill-Maġistrat li jekk il-kundanna tinqata’ li ħatja, huma jingħataw trattamenti għad-droga, għax is-serq huwa sforz dan il-vizzju.

11.53 L-akkużata l-oħra hija mara minn Santa Luċija. Hija wkoll ma taħdimx.

11.51 Wieħed mill-akkużati huwa raġel minn Santa Luċija. Huwa ma jaħdimx.

11.50 Id-difiża ma tikkontestax il-validità tal-arrest.

11.43 L-akkużati jidħlu fl-awla.

11.16 L-akkużati mistennija jidħlu fl-awla.