Akkużati b’pussess u t-traffikar; jinżammu arrestati

Żewġt irġiel ta’ 22 u 34 rispettivament ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Huwa kienu akkużati li allegatament kienu qed jitraffikaw ir-raża tal-kannabis kif ukoll fuq pussess aggravat tal-istess droga.

Iż-żewġt irġiel kienu arrestati l-Ħadd li għadda fil-Ħamrun meta waqt ir-ronda tagħhom il-pulizija raw raġel jaġixxi b’mod suspettuż. Wara tfittxija fir-residenza tiegħu huma sabu oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.

Ir-raġel ta’ 34 sena qal li huwa spiċċa mkeċċi mir-residenza tiegħu minħabba l-akkużat l-ieħor. Huwa qal li ġieli wassal xi affarijiet għal €10 kull ġurnata.

Wara li ż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja il-Maġistrat ddeċidiet li jibqgħu fil-kustodja. L-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest ma saret sa dan il-punt.