Akkużati bil-qtil involontarju ta’ żagħżugħ waqt xogħlijiet fi skola

Tlett irġiel ta’ 28, 31 u 33 sena tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil involontarju ta’ żagħżugħ ta’ 18-il sena, li tilef ħajtu waqt xogħlijiet fl-iskola Sekondarja f’Birkirkara.
L-irġiel jinsabu akkużati bi 15-il kap ta’ akkuża fosthom li ma ttieħdux prekawzjonijiet għas-sigurtà tal-ħaddiema, li tawx taħriġ għax-xogħol li ried isir u li ma kellhomx stutturi adegwati biex minn fuqhom isir ix-xogħol meħtieġ bil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Il-każ kien seħħ fl-1 ta’ Awwissu tal-2014 meta ż-żagħzugħ kien qed jagħmel xogħlijiet fuq fallakka li ċediet.
Il-każ se jkompli fil-Qorti.