Akkużata li serqet pouch flus minn każin tal-PN

Google Maps

Mara ta’ 36 sena ġiet akkużata fil-Qorti li serqet pouch mimli flus mill-każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żabbar.

Il-mara li wieġbet mhux ħatja ngħatat il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €10,000. Ġiet ordnata wkoll tiffirma l-ktieb tal-bail u ma tersaqx lejn il-vittma.