Akkużata li qatlet lil ommha u poġġietha f’bagalja

Tfajla Amerikana flimkien mas-sieħeb tagħha qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ omm il-mara, li l-katavru tagħha nstab f’bagalja f’lukanda lussuża fl-Indoneżja. 
Il-mara, li kellha 62 sena, kellha ġrieħi f’rasha. 
Il-Pulizija qed jistennew id-dettalji mit-Taqsima Forensika biex jiġi determinat il-ħin u l-kawża tal-mewt tagħha.   It-tfajla u seħibha nstabu mill-pulizija waqt li kienu reqdin f’lukanda, li tinsab 10 kilometri ‘l bogħod mil-lukanda fejn instabet il-mara.
Jekk jirriżulta li nstabu ħatja bil-mewt tal-omm, jistgħu jinżammu arrestati għal 20 ġurnata.