Akkużata li ppruvat toqtol lil żewġha; tallega li stupraha

Arkivji

Mara li tinsab akkużata bl-attentat ta’ qtil tar-raġel tagħha allegat li pprova jistupraha fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Dan ħareġ fil-Qorti fejn l-avukat tal-mara qal li r-raġel mar quddiem dar il-mara u beda jheddida. Wara żgassa l-bieb u stupraha fid-dar tagħha.

Il-Qorti kienet ordnat lill-mara biex ma tersaqx lejn ir-raġel tagħha, però hu ma kellux l-istess kundizzjoni imposta fuqu.

Ftit wara li allegatament seħħ l-istupru, ir-raġel reġa’ rritorna u pprova jerġa’ jidħol. Però l-pulizija li kienu waslu fuq il-post wara li ssejħu mill-mara waqfuh milli jagħmel hekk.

L-avukat tad-difiża qal li għandu filmat miġbud mill-mara tal-inċident. Qal ukoll li l-klijenta tiegħu sofriet trawma psikoloġika kbira minħabba l-istupru.

Minħabba dawn l-aħħar żviluppi, l-każ dwar l-attentat ta’ qtil se jkun qed jinstema’ f’Novembru.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman.