Akkużata li ppruvat iddaħħal id-droga fil-ħabs fil-koxox tat-tiġieġ

Mara ta’ 36 sena minn Ħal Qormi nħelset mill-akkuża li riedet iddaħħal id-droga eroina fil-ħabs.
Hija kienet mixlija li ppruvat iddaħħal l-eroina li allegatament kienet moħbija f’koxox tat-tiġieġ misjura l-forn biex tagħti d-droga lil binha.
Gwardjan fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikkonferma li l-mara kienet ħadet l-ikel magħha.
Qal li ma kienx jaf isimha iżda kienet sostniet li kienet iz-zija tal-priġunier.
Sostna li wara tfittxija li saret fl-ikel, instab pakkett żgħir bl-eroina mat-tiġieġ.
L-akkużata ċaħdet l-akkużi mressqa kontriha, bil-Qorti teħlisha mill-akkużi minħabba li ma kienx hemm provi biżżejjed li kienet hi li ħadet id-droga fil-ħabs.