Akkużata li attakkat lis-sieħeb tagħha b’sikkina

CMRU

Mara ta’ 49 sena wieġbet mhux ħatja li attakkat lis-sieħeb tagħha b’sikkina l-Ħadd li għadda. Hi baqgħet tinżamm taħt arrest.

Fil-Qorti, l-avukat tad-difiża qal li l-mara kienet qed tiddefendi lilha nnifisha mis-sieħeb tagħha li allegatament attakkaha.

Il-mara, Bulgara, qed tiġi akkużata li weġġgħetu b’mod gravi u li ppruvat tgħatti xi evidenza marbuta mar-reat.

Għall-ewwel il-Pulizija ġew provduti b’allegazzjoni li l-attakk sar minn xi persuni mhux magħrufa, però wara arrestaw lill-mara.

It-talba għall-ħelsien tal-akkużata ġiet miċħuda peress li tgħix mas-sieħeb tagħha.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri. L-avukat tal-għajnuna legali kien Martin Fenech.