Akkużata b’serq ta’ flus

Elaine Muscat ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar, tressqet il-qorti akkużata li serqet 300 ewro, minn għand raġel, li tlajjat għall-iskop ta’ prostituzzjoni u li kienet reċediva. Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda.

Hija qalet li mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Hija ma ngħatatx il-libertà proviżorja.