Akkużat li żamm persuna kontra l-volontà tagħha f’Għawdex

Raġel li fost l-oħrajn qed jiġi akkużat li żamm persuna kontra l-volontà tagħha f’Għawdex tressaq il-Qorti fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Ir-raġel ta’ 28 sena u li jgħix ix-Xagħra ġie akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju, f’diversi postijiet f’Għawdex hedded u anke kiser il-paċi pubblika. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li saq vettura b’mod traskurat u perikoluż, li eċċeda l-limitu tal-veloċita mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan u polza t’assigurazzjoni, kif ukoll li volontarjament għamel ħsara fuq vettura oħra.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-liberta proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-Għassa kuljum u jiddepożita s-somma ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,500.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.