Akkużat li ffroda €35 biex xtara l-ikel, xorb u sigaretti

Kanadiż ta’ 57 sena ammetta li għamel użu minn card tal-bank li sab u wettaq frodi.
Il-każ seħħ fit-18 ta’ Ġunju meta l-akkużat, li m’għandux dar fejn joqgħod, sab kartiera u għamel użu minn card tal-bank biex xtara b’€35 f’ikel, xorb u sigaretti.
Huwa qed isostni li l-kartiera sabha mal-art u se jkollhom jgħaddu ġimgħatejn qabel ikun f’pożizzjoni li jħallas il-flus lura minħabba li m’għandux xogħol.
Huwa ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €1,000 u ġie ordnat li jiffirma kuljum fl-għassa tal-Pulizija.
Il-każ ġie diferit għad-9 ta’ Lulju li ġej.