Akkużat li ttraffika l-ecstasy ftit tal-ġranet wara li ngħata l-libertà fuq każ simili

Għawdxi ta’ 19-il sena li jgħix Birkirkara tressaq il-Qorti akkużat li kien qed jitraffika l-ecstasy għaxart ijiem wara li kien ingħata l-libertà proviżorja fuq każ ieħor b’rabta mad-droga.
Huwa wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000.
Ġie ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara kuljum u ma jistax jibqa’ barra bejn l-10 ta’ filgħaxija u t-8 ta’ filgħodu.
Fil-Qorti, iż-żagħżugħ qal li ma kellux passaport u li kien tilef il-karta tal-identità.