Akkużat li ta daqqa ta’ sikkina f’Għawdex

Arkivji

Żagħżugħ ta’ 23 sena ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih meta għall-ħabta ta’ nofsillejl fis-7 ta’ Diċembru ta daqqa ta’ sikkina u kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna oħra.

Il-każ seħħ f’Marsalforn fi Triq il-Mungbell.

Iż-żagħżugħ li huwa mis-Somalja resident ż-Żebbuġ ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex.

Is-sentenza se tingħata nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru fil-Qorti ta’ Għawdex.

L-aggressjoni seħħet wara argument li nqala’ bejn iż-żewġ irġiel ta’ nazzjonalità Somala. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 24 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ,Għawdex, kien safa’ aggredit b’sikkina.