Akkużat li ta daqqa ta’ laptop lil martu; Il-Qorti tilliberah

Raġel ta’ 39 sena mir-Rabat, fil-Qorti ammetta li ta’ daqqa ta’ laptop fuq ras u wiċċ martu.

Dan kien it-tieni każ ta’ vjolenza domestika fuq il-martu f’ħames xhur.

Ir-raġel ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil martu, heddida u kkawżalha biża’. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati u tagħtu l-liberta’ fuq il-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn. Il-Qorti ordnat mandat ta’ protezzjoni fuq il-vittma kif ukoll li jħallas is-somma penali ta’ €2,329.37.