Akkużat li stupra mara ħdejn l-irdum ta’ Ħad-Dingli

Read in English.

Raġel qed jiġi akkużat fil-Qorti li stupra mara ħdejn l-irdum ta’ Ħad-Dingli bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Fil-Qorti, ir-raġel li huwa mill-Ungerija u li għandu 32 sena ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Qed jiġi akkużat li stupra mara, li saq taħt l-influwenza tax-xorb, u li kellu indirizz ħażin fuq il-karta tal-identità tiegħu.

Skont dak li ntqal fil-Qorti, ir-raġel u l-mara ltaqgħu waqt attività għall-aġenti tal-proprjetà.

Ir-raġel instab wara li l-Pulizija ċċirkolat ritratt tiegħu u appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab.

Jinstab ir-raġel imfittex f’każ ta’ stupru

L-akkużat qal li ma jafx min hi l-mara jew fejn toqgħod.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-avukati tad-difiża kienu Franco Debono u Amadeus Cachia. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Stacy Attard.