Akkużat li seraq wajers tad-dawl minn 27 appartament

Quddiem il-Qorti deher raġel li seraq wajers minn 27 appartament li kienu għadhom qed jinbnew f’Marsaskala. Il-ħsara li kkawża kienet tlaħħaq is-€7,000.
Paul Zammit ta’ 47 mill-Mosta wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, fosthom li seraq kompressur, set tal-welding u għodda oħra.
Ir-raġel l-ieħor li assistih fis-serqa se jkun qed jaffaċċja akkużi separati.
Zammit ingħata sentenza ta’ 18-il-xahar priġunerija sospiżi għal tlieta.
Intant ingħata sitt ċans biex iħallas il-ħsara li għamel.