Akkużat li seraq kaxxi tal-karità; ħelsien mill-arrest

A box for donations in temple. Concept of positive social communication

Read in English.

Raġel ta’ 49 sena minn Santa Venera ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb li mhux ħati li seraq żewġ bottijiet bil-flus tal-karità minn żewġt iħwienet differenti f’Ħal Qormi.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni akkużat lir-raġel li fil-21 u fl-24 t’Ottubru li għadda huwa seraq żewġ bottijiet tal-karità tal-Fondazzjoni Inspire u Puttinu Cares. Żiedu li r-raġel kiser żewġ garanziji personali tal-libertà proviżorja li flimkien jammontaw għal €38,000. Huwa ġie akkużat ukoll li kien reċediv.

Għal dawn l-akkużi r-raġel wieġeb li mhux ħati bl-avukat tad-difiża jitlob għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba bl-argument li jista’ jkun hemm xi tbabis fl-evidenza. L-Avukat tad-difiża qal li l-klijent tiegħu huwa preżunt innoċenti sakemm jinsab ħati.

Il-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba tad-difiża fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €7,500 kif ukoll li jiffirma l-bail book darba fil-ġimgħa.