Akkużat li seraq id-diesel minn garaxx; ħelsien mill-arrest

Miguela Xuereb

Raġel ta’ 32 sena residenti Buġibba ġie akkużat li seraq madwar €100 diżil minn garaxx kummerċjali f’Ħal Luqa. Huwa kien akkużat ukoll li żamm għandu oġġetti misruqa u li huwa reċediv,

L-Ispettur spjega kif ir-raġel kien ilu mfittex mill-pulizija minn Diċembru li għadda u wara diversi investigazzjonijiet irnexxilhom jinterċettaw lill-akkużat. Fil-Qorti l-Ispettur spjega l-każ seħħ fit-13 ta’ Diċembru li għadda f’garaxx fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Maġistrat tilqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personal ta’ €5,000.