Akkużat li saq bla liċenzja; ħelsien mill-arrest

Read in English.

Ġuvni ta’ 21 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti akkużat li kien qed isuq mingħajr liċenzja valida tas-sewqan.

Iż-żagħżugħ qed jiġi akkużat ukoll li saq il-karozza mingħajr assigurazzjoni valida, li ma kellux assigurazzjoni li tkopri partijiet terzi, li kkawża ġrieħi serji fuq żewġ persuni minħabba negliġenza u li weġġa’ ħafif żewġ persuni oħra minħabba negliġenza.

Iż-żagħżugħ kien involut f’inċident fit-30 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta tad-9pm. Fil-ħin tal-inċident kien hemm erba’ persuni fil-karozza.

L-avukat tad-Difiża talab għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat bil-Qorti tilqa’ din it-talba bl-ordni li jrid jiffirma l-bail book darbtejn fil-ġimgħa. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €1,000.

L-Avukat Franco Debono qed jidher għall-akkużat.