Akkużat li qatel lil familtu; jinstabu 5 katavri

A police officer carries a bag from a property where five people were found dead in a suburb of Perth, Australia, September 10, 2018. AAP/Richard Wainwright/via REUTERS

Fl-Awstralja, raġel ta’ 24 sena qed jiġi akkużat bil-qtil tal-familja tiegħu wara li f’dar instabu ħames katavri fosthom dawk ta’ omm u tlett itfal bil-belt ta’ Perth.

Huwa rrappurtat li l-katavri ta’ tewmin bniet ta sentejn, tifla oħra ta’ tliet snin u nofs, ommhom u nannithom instabu lbieraħ. Il-Pulizija sejħet dan id-delitt bħala atroċità u traġedja.

Għalkemm atti kriminali fuq għadd ta’ vittmi f’daqqa fl-Awstralja huma rari, dan huwa t-tieni każ fil-Punent tal-Awstralja din is-sena wara li seba’ persuni nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar f’Mejju li għadda.