Akkużat li pprova jabbuża mara fi klabb f’Paceville

Read in English.

Raġel ta’ 39 sena qed jiġi akkużat li pprova jagħmel is-sess ma’ mara kontra r-rieda tagħha fi klabb f’Paceville.

Ir-raġel li huwa mill-Pakistan u jgħix l-Imsida ttella’ l-Qorti llum akkużat ukoll li kien fis-sakra f’post pubbliku. Qed iwieġeb li mhuwiex ħati. Allegatament segwa mara ta’ 35 sena li daħlet fit-tojlit ta’ klabb f’Paceville fl-4am nhar is-Sibt.

Ir-raġel allegatament ipprova jistupra lill-mara li għajtet għall-għajnuna. Waslu nies oħra fuq il-post u żammew lir-raġel sakemm waslu l-pulizija.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li r-raġel jinħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €8,000. Ir-raġel irid jiffirma fl-Għassa tal-Puliija tliet darbiet fil-ġimgħa.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri. L-avukat tal-għajnuna legali kienet Leontine Calleja.