Akkużat li mess żagħżugħa kontra r-rieda tagħha f’Paceville

Żagħżugħ ta’ 22 sena tressaq il-Qorti akkużat li mess żagħżugħa kontra r-rieda tagħha f’Paceville l-ġimgħa filgħaxija.

Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti taħt arrest fejn wieġeb li mhux ħati.

L-inċident allegatament seħħ il-Ġimgħa għall-11.30pm. Il-vittma identifikat lill-akkużat f’Paceville u dan ipprova jaħrab meta kienu se javviċinawħ il-Pulizija. Madanakollu ġie arrestat ftit wara.

L-akkużat baqa’ jinżamm taħt arrest.