Akkużat li kkorrompa żewġt itfal; kienu f’ħanut m’ommhom

Eks-attur ta’ filmati pornografiċi nżamm arrestat wara li allegatament kixef il-parti privata tiegħu lil żewġt itfal f’ħanut Ħal Qormi. Huwa sostna li mhux ħati.

Ir-raġel ta’ 57 sena mir-Rabat ġie akkużat li aġixxa b’mod mhux xieraq quddiem żewġt itfal li kienu qed jistennew mal-ġenituri tagħhom ħdejn il-bank tal-ġobon.

Fil-Qorti nstema’ kif waħda mit-tfal daret fuq ommha u qaltilha biex ma tħarisx għax hemm xi ħadd warajhom li qed jikxef il-parti privata. Meta daru l-ġenituri, l-akkużat għatta malajr b’basket. Huwa allegatament baqa’ jdur warajhom għal tul ta ħin, kull darba jikxef hekk kif iħarsu lejh it-tfal.

Il-Pulizija fittxewlu fl-appartament u sabu pornografija bit-tfal u trabi tat-twelid.
Ir-raġel jinsab mixli li kkorrompa t-tfal, bi produzzjoni, l-akkwist u ċirkulazzjoni ta’ materjal pornografiku li jinvolvi l-minuri, kif ukoll b’indiċenza pubblika.

Skont il-Prosekuzzjoni, l-akkużat qal lill-Pulizija li ħass il-bżonn li jikxef lilu nnifsu u li beda jara filmati pornografiċi bit-tfal għax kien kurjuż.

L-akkużat ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-każ se jkompli f’Settembru.