Akkużat li kkorrompa tifla; jinħeles mill-ħabs

Ġie meħlus mill-arrest ir-raġel ta’ 60 sena li kien akkużat li kkorrompaa tifla taħt l-età. Il-qorti qalet li l-każ kien preskritt u biddlet is-sentenza ta’ sentejn ħabs li kienet ingħatatlu f’Jannar li għadda.

Il-Qorti tal-Appell qalet li għalkemm temmen li t-tfajla pparteċipat f’atti sesswali mal-akkużat, ix-xhieda tagħha kienet vaga. L-Imħallef qalet li l-vittma ma tatx biżżejjed xhieda meta naqset milli tippreżenta ċ-ċertifikat tat-twelid fil-Qorti. L-allegata vittma ma kinitx kapaċi tagħti d-dettalji preċiżi ta’ kif seħħ l-inċident u qalet li ma kinitx użata l-vjolenza fil-konfront tagħha.

Skont dak li ntqal fil-qorti, it-tfajla meta kellha bejn it-13 u s-16-il sena kienet allegament tiltaqa’ mal-ġar li kien joqgħod ħdejn nannitha u dan kien iġielha tagħmel sess orali fil-ħin li jkunu waħedhom. Għal dan, l-akkużat ammetta li dan kien isir minħabba li kien jiġi provokat mit-tfajla u li dan waqaf meta għalqet 16-il sena. Hija rrakkuntat kollox lis-sieħeb tagħha u dan mexxa l-kelma sakemm sar rapport għand il-Pulizija.

L-appell tar-raġel ġie milqugħ minħabba li skont il-Qorti huwa għandu fedina penali nadifa u għax leħqu għaddew ħames snin mindu ġara l-każ.