Akkużat li kkorrompa tifla fix-Xewkija

Photo by _Mxsh_ on Unsplash

Read in English.

Raġel ta’ 59 sena minn Għajnsielem tressaq il-Qorti akkużat li b’għemil żieni kkorrompa tifla taħt is-16-il sena.

L-allegat każ seħħ bejn l-10.15 u l-11.15 tal-bieraħ filgħodu fix-Xewkija.

Huwa jinsab akkużat ukoll li fl-istess data, post, ħin u ċirkostanzi wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-istess persuna.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Huwa qed jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Josef Gauċi.