Akkużat li kien parti mill-grupp li serqu l-anzjana fil-Belt

Raġel ta’ 24 sena mill-Ungerija nżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Hu ġie akkużat li kien parti mill-grupp ta’ ħallelin li daħlu u serqu mara anzjana fil-Belt Valletta l-ġimgħa l-oħra.

L-Ungeriż ġie akkużat li żamm lill-mara kontra r-rieda tagħha, ikkawżalha ġrieħi ħfief, u li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr il-permess meħtieġ.

Nhar it-Tnejn tressaq il-Qorti raġel ieħor li daħal jisraq magħhom. Ir-raġel ta’ 36 sena li ma jaħdimx u jgħix l-Imsida wieġeb mhux ħati iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

AQRA: Serqa Belt: Arrestati ż-żewġ persuni mfittxija