Akkużat li importa d-droga; ħuh qarraq bih

Antonio Gatt, residenti r-Raħal Ġdid, instab mhux ħati li importa d-droga, każ li jmur lura 17-il sena.

Fl-2001 Gatt ġie arrestat fil-parkeġġ tal-ajruport, wara li rċieva 2.25 kilogrammi kokaina li ġew interċettati mill-pulizija. Huwa kien diġa irċieva pakkett ieħor, u f’ dawn iż-żewġ pakketti, Gatt kien irċieva total ta’ 5 kilogrammi.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li ma hemx biżżejjed provi biex jiġi ppruvat li Gatt kien involut f’ din l-importazzjoni ta’ droga. Fil-Qorti ħareġ li ħu Gatt qarraq bieh meta talbu jmur jiġborlu l-pakkett.

Illum fil-Qorti Gatt ġie lliberat minn kull akkuża.