Akkużat li hedded verbalment lil martu

Raġel ta’ 48 sena nżamm arrestat wara li ċaħad li verbalment hedded lill-eks mara.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fir-residenza tal-mara.
L-avukat tad-difiża talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Ispettur saħaq li l-mara u t-tfal tar-raġel huma xhieda.
Il-Maġistrat wisset lill-prosekuzzjoni biex ma ddummx ma ttella’ x-xhieda.