Akkużat li hedded lil missieru minħabba d-droga

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li hedded lil missieru wara argument li kellhom is-Sibt li għadda. Mis-smigħ fil-Qorti llum hu mifhum li l-argument kien dwar l-użu tad-droga.

Ir-raġel li għandu 42 sena u joqgħod Ħaż-Żabbar qed jiġi akkużat li ġiegħel lil missieru jibża’ li se tintuża l-vjolenza kontrih, kontra familtu jew il-propjetà tiegħu. Jidher li din mhix l-ewwel darba li l-Pulizija rċeviet rapporti dwar theddid mill-istess raġel.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi, madanakollu ma ġiex mitlub il-ħelsien mill-arrest.