Akkużat li hedded lil martu; jinżamm arrestat

Raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara qed jiġi akkużat li allegatament hedded u weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu. Ir-raġel li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol dakinhar tal-inċident ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat tal-għajnuna legali fil-Qorti qalet li l-akkużat iddispjaċih għal dak li għamel u lest li jirċievi l-għajnuna biex jindirizza r-rabja li għandu.

Min-naħa tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat minħabba nuqqas ta’ affidibilità. Il-Qorti ordnat li jkun hemm divjett fuq l-ismijiet sabiex tipproteġi lill-allegat vittma.