Akkużat li għamel sikkina ma’ għonq tfajla

Raġel qed jinżamm mill-Pulizija wara li allegatament għamel sikkina ma' għonq tfajla lbieraħ f'San Ġiljan.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15pm fi Triq il-Qasam San Ġorġ. Qalet li jidher li r-raġel Libjan ipprova jisraq il-basktijiet ta' żewġ tfajliet li kienu mexjin f'dik it-triq. Qalet li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratt: Arkivji