Akkużat li faqa’ t-tanbur ta’ widnejn martu; iwieġeb mhux ħati

Raġel wieġeb mhux ħati li faqa’ t-tanbur ta’ widint martu f’każ ta’ vjolenza domestika.

Ir-raġel, Indjan ta’ 32 sena, deher quddiem il-Maġistrate Doreen Clarke. Huwa ġie akkużat li weġġa’ lil martu b’mod gravi u li ġiegħel lil martu tibża’ mill-vjolenza fost affarijiet oħra.

Il-prosekuzzjoni talbet li toħroġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. L-allegat każ seħħ fid-9.30am fit-8 ta’ Jannar. Huwa ta’ daqqa lil martu wara li ġġieldu. Tobba kkonfermaw li l-mara nfaqalha t-tanbur kaġun ta’ dan il-każ.

L-akkużat wieġeb mhux ħati, iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.