Akkużat li darab serjament lill-ħabiba tal-eks tfajla tiegħu

Il-Qorti tat sentenza sospiża lil raġel li kien akkużat li kisser ix-xedaq ta’ ħabiba tal-eks tfajla tiegħu u talli weġġa’ ħafif lill-eks sieħba tiegħu.

L-inċident kien seħħ lura fl-Lulju tal-2012. Quddiem il-Qorti nstema’ kif Carmel Zammit mis-Swieqi, kien mar fi club f’Paceville u beda jiffastidja u jinsulta lil Doriette Marmara’ u lil Lynn Abela. Malli raw hekk, it-tfjaliet sejħu għall-għajnuna iżda r-raġel laħaq ta daqqa ta’ ponn lil Abela u kissrilha x-xedaq.  

Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lill-akkużat ħati li weġġa’ serjament lil Lynn Abela u talli weġġa’ ħafif lil Doriette Marmara’. Huwa ngħata tliet xhur ħabs sospiża għal sena u b’garanzija personali ta’ €1,000.