Raġel li ġie arrestat wara li attakka lis-sieħba tiegħu fid-dar tagħhom ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Ir-raġel li għandu 34 sena u huwa mill-Kroazja wieġeb mhux ħati. Kien tressaq il-Qorti fil-25 ta’ April u nżamm arrestat.
Intant is-sieħba tiegħu ħafritlu però l-Pulizija se tkompli tmexxi l-każ ta’ vjolenza domestika kontrih.
Ir-raġel issa ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.