Akkużat li abbuża sesswalment tfajla ta’ 16-il sena

Read in English.

Raġel baqa’ jinżamm taħt arrest wara li nqabad fuq filmati tas-CCTV jabbuża sesswalment minn tfajla ta’ 16-il sena.

It-Tork li għandu 41 sena u jgħix il-Marsa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke dalgħodu. Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda f’Raħal Ġdid. Jidher li r-raġel qabad il-parti privata tat-tfajla darbtejn qabel ma ħarab minn fuq il-post malli t-tfajla għajtet għall-għajnuna.

Aqra: Il-Pulizija tibda tinvestiga attentat ta’ stupru f’Raħal Ġdid

Ir-raġel ġie akkużat li wettaq att sesswali mingħajr kunsens, li kkawża ġrieħi ħfief lit-tfajla u li attakkaha u kkawżalha biża’.

Fl-Qorti tressaq ċertifikat mediku bil-ġrieħi li ġarrbet it-tfajla u l-filmat tas-CCTV.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi madanakollu ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni mistennija tressaq ix-xhieda tagħha fis-smigħ li jmiss.