Akkużat li abbuża sesswalment minn żagħżugħ Senegaliż

Raġel ta’ 54 sena tressaq il-Qorti mixli li stupra tifel ta’ 17-il sena mis-Senegal u li żammu kontra l-volontà tiegħu.
Il-każ seħħ il-Ħadd 25 ta’ Jannar fil-Marsa.
Ir-raġel wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih u ngħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €20,000.