Akkużat li abbuża sesswalment erbat ibniet; jinżamm arrestat

Read in English.

Bojan Ambrus, Serb ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara li kien akkużat li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajliet taħt l-età.

Fil-Qorti r-raġel talab li jkun hemm divjett fuq ismu madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għax temmen li hemm aktar vittmi u qed jittamaw li jirrapurtaw la darba jaraw l-istorja fil-midja. Min-naħa tagħha l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea ma laqgħetx it-talba tal-akkużat.

Fil-Qorti l-pulizija qalet li fil-Kanada r-raġel kien diġà ġie kkundannat dwar każijiet relatati ma’ abbuż sesswali fuq it-tfal. Allegatament ir-raġel ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ mill-inqas erba’ tfajliet kollha taħt l-età. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ir-raġel kien akkużat ukoll li ġiegħel tfajla tagħmel attivitajiet pornografiċi, kien fil-pussess ta’ materjal pornografiku tat-tfal kif ukoll li attakka lill-pulizija li kienu qed jarrestawh.

Il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel jiltaqa’ ma’ tfaljiet bejn 12 u 15-il sena u jinkoraġixxihom jagħmlu atti sesswali. Fil-Qorti, il-pulizija ressqet ukoll żewġ filmati ta’ pornografija tat-tfal.