Akkużat b’theddid lejn is-sieħba; jingħata l-libertà proviżorja

Raġel ta’ 37 sena miż-Żurrieq ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubha kontrih. Ir-raġel kien akkużat li hedded u kkawża xi ġrieħi ħfief lis-sieħba tiegħu.

L-avukati tad-difiża talbu għal-libertà proviżorja wara li l-akkużat wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi. Hu ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2000. Ġie ordnat ukoll biex ma jersaqx lejn is-sieħba tiegħu u biex imur jiffirmla l-għassa tal-pulizija ta’ Birkirkara kull nhar ta’ Ħamis.