Akkużat bit-tieni serqa minn karozza

Read in English.

Raġel li diġà kien arrestat ittella’ l-qorti b’akkużi oħra marbuta ma’ serq. Ir-raġel huwa Emmanuel Bianchi ta’ 35 sena mill-Gżira, fejn kien qed jinżamm arrestat minħabba l-akkuża ta’ serq minn karozza li kienet ipparkjata l-Furjana.

L-istess raġel ġie akkużat li seraq ukoll stereo ta’ karozza oħra, iżda baqa’ jiċħad din l-akkuża.

Minkejja t-talba ta’ ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat iddeċieda li jżomm lir-raġel taħt arrest. Dan wara li fost l-oħrajn instab li l-akkużat ta’ indirizz li ma jeżistix, u li baqa’ ma ried jgħid lill-pulizija l-isem ta’ mingħand min jikri l-post tiegħu.