Akkużat bil-pussess ta’ droga

Raġel ta’ 32 sena mill-Gżira nżamm taħt il-kustodja wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi li kien fil-pussess tad-droga kokaina.

Fil-Qorti ntqal li l-ammont li nstab fil-pussess tiegħu  jindika li d-droga ma kinetx għall-użu personali.

L-akkużat, Kevin Spiteri, qed jiġi mixli ukoll bil-pussess tal-eroina u l-kannabis.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Herman Mula.

L-avukat Charmaine Cherrett dehret għall-akkużat.